Malta Football Association
NEWS:
L-ewwel taħriġ tat-timijiet nazzjonali
Mar 20, 2016
Posted in:
General

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali A u dak ta' taħt il-21 sena, dalgħodu ngħaqad għall-ewwel darba qabel l-impenji li jmiss b'sessjoni ta' taħriġ 'recovery' li kienet tikkonsisti f'nofs il-plejers taż-żewġ timijiet.


 

Il-plejers preżenti għas-sessjonijiet ta' dalgħodu kienu dawk impenjati lbieraħ mat-timijiet rispettivi li lagħbu l-partiti tal-Kampjonat BOV Premier.

 

It-tim nazzjonali A tħarreġ fid-9.00am taħt il-gwida ta' Pietro Ghedin, Ray Farrugia u Luca Pagani mentri Charles Sciberras ħa ħsieb il-parti tal-gowlkipers.

 

It-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tħarreġ fl-10.00am.

 

Iż-żewġ sessjonijiet saru fit-training grounds tal-MFA u siegħa.

 

It-tim nazzjonali A jilgħab partita ta' ħbiberija l-Ħamis 24 ta' Marzu fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali kontra l-Moldova.

 

It-tim ta' taħt il-21 sena jilgħab partita oħra valida minn Grupp 1 l-Erbgħa fil-Hibernians Stadium f'Kordin kontra l-Montenegro u l-ġimgħa d-dieħla jerġa jilgħab kontra r-Repubblika Ċeka mill-istess grupp.

Official Sponsors
Commercial Partners