Malta Football Association
NEWS:
Intervista esklussiva ma' Rowen Muscat...fil-ħin li ġej
Mar 21, 2016
Posted in:
General
Fanzone

Mark Attard, Media Officer

 

Fis-sigħat li ġejjin, www.mfa.com.mt, se turi intervista esklussiva ma' Rowen Muscat, il-plejer internazzjonali Malti, li llum jilgħab fl-Italja ma' Pavia FC.

 

Fost ħafna affarijiet oħra, Muscat jitkellem fuq il-karriera tiegħu ta' plejer tal-futbol, fuq it-tim nazzjonali Malti u l-grupp ta' plejers ta' bħalissa, fuq l-għażla u l-konferma ta' Pietro Ghedin bħala kowċ nazzjonali u l-ħolma tiegħu li saret realta', dik li jilgħab ma' klabb professjonali barra minn Malta.

 

Dan u aktar fis-sigħat li ġejjin qabel il-partita ta' ħbiberija bejn Malta u l-Moldova li tintlagħab il-Ħamis li ġej fit-3.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali.


Official Sponsors
Commercial Partners