Malta Football Association
NEWS:
Ghedin isejjaħ l-iskwadra finali
Mar 21, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ l-iskwadra finali għall-partita tal-Ħamis li ġej kontra l-Moldova, fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali.

 

L-iskwadra tinkludi l-plejers kollha li jilagħbu barra l-pajjiż u li llum ingħaqdu fl-iskwadra għall-ewwel darba biex saret it-tieni sessjoni ta' recovery għal dawk li kellhom il-partita lbieraħ u sessjoni normali għal dawk li lbieraħ ma lagħbux.

 

Mill-iskwadra finali ta' 20 plejer tħallew barra tnejn; Jean Paul Farrugia ta' Sliema Wanderers FC u Terence Vella ta' Qormi FC.


 

L-iskwadra finali hi din:

 

Gowlkipers

Andrew Hogg (AEL Kalloni FC), Justin Haber (Hibernians FC), Henry Bonello (Valletta FC)

 

Difensuri

Andrei Agius (Hibernians FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Steve Borg (Aris Limassol FC), Zach Muscat (SS Akragas Citta’ Dei Templi), Ryan Camilleri (Valletta FC), Justin Grioli (Balzan FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC), Clayton Failla (Hibernians FC)

 

Midfielders

Roderick Briffa (Valletta FC), Ryan Scicluna (Birkirkara FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Paul Fenech (Balzan FC), Rowen Muscat (AC Pavia), Gareth Sciberras (Birkirkara FC), Andre’ Schembri (AC Omonia Nicosia)

 

Attakkanti

Michael Mifsud (Valletta FC), Alfred Effiong (Balzan FC)

Official Sponsors
Commercial Partners