Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali Malti jingħaqad
Mar 22, 2016
Posted in:
General
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti ingħaqad illum wara nofsinhar u l-iskwadra tinsab kompluta għall-partita ta' ħbiberija tal-Ħamis li ġej kontra l-Moldova li se tintagħab fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali.

 

Is-sessjoni ta' taħriġ bdiet fit-3.00pm fejn Pietro Ghedin u Ray Farrugia dehru jikkonċentraw fuq il-plejers kollha biex jaraw min jistgħu jkunu l-ewwel ħdax li l-Ħamis jibdew din il-partita.

 

Charles Sciberras ħadem fuq il-parti tal-gowlkipers mentri Luca Pagani mexxa l-bidu tas-sessjoni b'eżerċizzji fiżiċi.

 

Wara s-sessjoni, it-tim inġabar f'irtir f'lukanda u jibqa' magħqud sal-Ġimgħa filgħodu, ġurnata wara l-partita għall-aħħar sessjoni ta' 'recovery'.

 

Għada, fis-2.30pm, issir il-konferenza stampa, ġurnata qabel il-partita fejn fiha, Pietro Ghedin u plejer nazzjonali jitkellmu mal-media lokali. 

 

Wara ssir l-aħħar sessjoni ta' taħriġ li tibda fit-3.00pm u t-tim jirritorna lura fil-lukanda.

 

 


Official Sponsors
Commercial Partners