Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali Malti jaħseb f'Puttinu
Mar 22, 2016
Posted in:
General
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, immexxi minn Pietro Ghedin, waqaf għal ftit ħin mis-sessjoni ta' taħriġ tal-lum wara nofsinhar biex iwassal messaġġ lill-poplu Malti biex kulħadd jingħaqad u jagħti donazzjoni lill-Puttinu Cares waqt il-programm 'Xarabank' tal-Ġimgħa li ġejja, li taħbat 'il-Ġimgħa l-Kbira'. Dan il-ġest ferm sabiħ kien idea ta' Mark Piscopo, il-Kit Manager tat-tim nazzjonali Malti.

 

B'kartonċina bajda b'kitba kbira, 'Aħna fil-Ġimgħa l-Kbira ħa nċemplu għal Puttinu. U inthom?", it-tim nazzjonali segwa lil Michael Mifsud, captain tat-tim, biex flimkien jibgħatu dan il-messaġġ ta' tama lil dawn it-tfal li missithom l-isfortuna ta' mard kiefer u fl-istess ħin iħeġġu lil kulħadd jgħinu f'din il-missjoni.

 

Xarabank dwar Puttinu jixxandar il-Ġimgħa filgħaxija għal ħabta tad-9.00pm fuq TVM.


Official Sponsors
Commercial Partners