


Malta 0 vs Moldova 0...partita li stajna anki rbaħna

It-tim nazzjonali Malti spiċċa fi draw ta' mingħajr gowls fil-partita ta' ħbiberija tal-lum wara nofsinhar kontra l-Moldova. It-tim nazzjonali Malti ta daqs kemm qala' u fl-aħħar tal-partita, wieħed jista' jgħid li kien draw ġust.
Fl-ewwel taqsima, il-Moldova kellhom aktar mill-inizzjattiva iżda l-aħjar ċans ġie għand il-Maltin meta xutt ta' Paul Fenech ġie milqugħ b'mod spettakolari mill-gowlkiper avversarju.
Fit-tieni taqsima, l-Maltin kienu ħafna aħjar. Pressaw ħafna lill-avversarji iżda bil-kontra tal-ewwel taqsima, l-aħjar ċans ġie għand il-Moldova, b'Andrei Agius jaqla' gowl ċert minn fuq il-linja, b'Bonello barra minn postu.
L-impenji li jmiss tat-tim nazzjonali huma kontra l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka fi training camp ta' ġimgħa li se jsir fi Vjenna fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju.
It-tim nazzjonali lagħab b'din il-formazzjoni:
Bonello, Caruana (Grioli 87), Zerafa, Agius, Failla (Camilleri 80), Fenech (Scicluna 87), R. Muscat, Schembri (Mifsud 84), Kristensen (Sciberras 52), Effiong, Z. Muscat (Borg 56)
Referee - Roomer Tarajev (Estonja)
