Malta Football Association
NEWS:
"Draw ġust. Nibdew naħsbu għall-Awstrija u r-Repubblika Ċeka" - Ghedin
Mar 24, 2016
Posted in:
General

Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali ta' Malta, qal li dan id-draw kien wieħed mistħoqq għaż-żewġ timijiet għax fl-opinjoni tiegħu ut-tnejn setgħu rebħu u tilfu. 

Dan intqal fil-konferenza stampa ta' wara l-partita.


"Kien draw ġust. Minn kif ġew l-affarijiet, inħoss li kien draw ġust. Il-Moldova kienu aggressivi ħafna u fl-aħħar mill-aħħar inħoss li t-tnejn li aħna għandna nkunu kuntenti. Issa din il-partita diġa' passat. Irridu nibdew naħsbu għall-partiti ta' ħbiberija li jmiss, kontra l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka," qal Ghedin.

 

Mistoqsi fuq ċerti plejers lokali u l-partita li lagħbu, Ghedin qal li jinsab kuntent bil-prestazzjoni ta' kulħadd.

"Kellna diversi kombinazzjonijiet tajbin l-aktar f'nofs il-grawnd. Kristensen plejer ta' potenzjal enormi iżda jrid jifhem li f'partiti internazzjonali l-livell hu ħafna ogħla mill-Kampjonat. Rowen Muscat u Fenech kellhom waħda mill-aqwa partiti. Fid-difiża, Zerafa reġa' urieni li kapaċi jilgħab kullimkien u jilgħab bi grinta kbira. Agius reġa' wara li hu fost l-aqwa u ssibu jgħin kullimkien u kapaċi jsalva lit-tim meta jkun għaddej minn mument ħażin," qal Ghedin.

 

Lejn l-aħħar tal-konferenza, il-kowċ nazzjonali Taljan ġie mistoqsi fuq il-mewt ta' Johann Cruyff, leġġendarju tal-futbol Olandiż.

"Jiddispjaċini ħafna. Marad u baqa' ma fiqx. Illum id-dinja tilfet fost l-aqwa plejers ta' kull żmien. Il-futbol Olandiż tilef leġġenda kbira," temm Ghedin.

Official Sponsors
Commercial Partners