Malta Football Association
NEWS:
MFA - Dikjarazzjoni
Mar 28, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Il-Malta Football Association kienet notifikata b’investigazzjoni li għaddeja mill-Pulizija ta' Malta b’relazzjoni mal-partita ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp 1 mill-Kampjonat tal-UEFA ta’ Taht il-21 sena bejn Malta u l-Montenegro li ntlagħbet l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016.

 

L-Assoċjazzjoni qed taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet dwar l-investigazzjoni, u f'dan l-istadju, mhux se tagħti l-ebda kummenti.

 

Bħal ma għamlet fil-passat, l-MFA tkompli tagħmel dak kollu fil-poter tagħha biex tipproteġi l-integrita’ tal-futbol f’pajjiżna.  


Official Sponsors
Commercial Partners