Malta Football Association
NEWS:
Malta tbaxxi rasha għal qawwa taċ-Ċeki
Mar 29, 2016
Posted in:
General
National Team
U/21 Qualifiers
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena sofra telfa kerha ta' 7-0 kontra l-qawwa tar-Repubblika Ċeka, f'partita li ntlagħbet illum fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, fis-6.00pm.

 

It-tim nazzjonali Malti ma deher xejn konċentrat u biex iżżid ma' dan, kien qiegħed jaffronta lil dawk li bla dubju huma l-aqwa tim fil-grupp.

 

Iċ-Ċeki għalqu l-partita fl-ewwel taqsima b'gowls minn Schick fl-20 minuta, Cermak fil-25 minuta, Cerny fis-36 minuta u Schick fit-42 minuta.

 

Fit-tieni taqsima skurjaw tliet darbiet oħra minn Havel fis-57 minuta, Cermak fil-75 minuta u Schick fid-89 minuta.


 

It-tim nazzjonali lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Calleja Cremona, Briffa (Muscat 75), Arab S., Zerafa, Camenzuli, Montebello, Bezzina (Grech 73), Cesare, Mbong (Siraj Arab 64), Cremona, Attard

 

Referee - Lapochkin Sergey (Russja)

Official Sponsors
Commercial Partners