Malta Football Association
NEWS:
Italja vs Skozja: “Se tkun festa nazzjonali ta’ futbol” – Bjorn Vassallo
Apr 1, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Dalgħodu fil-11.00am, saret il-konferenza stampa relatata mal-partita ta’ħbiberija li se ssir f’pajjiżna bejn l-Italja u l-Iskozja fid-29 ta’ Mejju 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

 

F’din il-konferenza kienu preżenti biex jindirizzaw lill-media Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association; Joe Cassar, Kap tat-Taqsima Internazzjonali, Norman Saliba, Kap tat-Taqsima Marketing; Stefano Pucci, l-organizzatur tal-partita, u tliet eks-plejers internazzjonali; Giancarlo Antognoli, mill-FIGC, Colin Hendry, mill-Federazzjoni Skoċċiża u Lorenzo Amoruso, eks-plejer Taljan ta’ Rangers FC.

 

Il-konferenza nfetħet minn Vassallo fejn irringrazzja lill-media lokali tal-preżenza tagħhom u qal li din se tkun partita li ġejja f’ġimgħa inpenjattiva ħafna għall-futbol lokali u internazzjonali minħabba l-fatt li fl-istess ġimgħa hemm żewġ partiti ta’ ħbiberija tat-tim nazzjonali Malti fl-Awstrija u l-finali tal-UEFA Champions League.

 

“Se tkun partita mill-isbaħ ftit jien qabel il-ftuħ tal-Kampjonati Ewropej fi Franza. Se tkun festa nazzjonali ta’ futbol. Inħeġġu lil kull min hu dilettant tal-futbol biex ma jitlifx okkażżjoni bħal din,” qal Vassallo.

 


Tkellem ukoll Stefano Pucci, organizzatur tal-partita fejn sostna li għalih se tkun okkażżjoni speċjali għaliex kien ilu ħafna snin b'konnessjonijiet ma' Malta iżda għalih kienet l-ewwel darba li se jorganizza xi ħaġa fuq dan il-livell. 

 

Giancarlo Antognoni, eks-plejer tal-Italja u ta' Fiorentina, u llum impjegat mal-FIGC, tkellem fuq ukoll pajjiżna fuq pajjiżna u anki fuq it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin. Hu faħħar il-livell tat-tim nazzjonali Malti u l-progress kbir li sar f'dawn l-aħħar snin għaliex jiftakar fiż-żmien meta l-Italja kienu jiġu Malta u jirbħu faċilment mentri llum kulħadd ra d-differenza fl-aħħar partiti bejn l-Italja u Malta.

 

Colin Hendry, eks-plejer nazzjonali ta' Skozja, qal li jinsab kuntent ħafna li reġa' qiegħed f'Malta. Hu qal li Malta tfakkru fit-tim nazzjonali Skoċċiż ta' meta kien jilgħab hu għaliex bil-flokk nazzjonali ta' Skozja kien skorja tliet gowls, tnejn kontra San Marino u wieħed kontra Malta, lura fi snin '80, f'partita li ntemmet 2-0 fl-Istadium Nazzjonali.

 

Tkellem ukoll Lorenzo Amoruso, eks-plejer ta' Fiorentina u Rangers fl-Iskozja. Hu qal li bħala eks-plejer u captain ta' Rangers, u l-ewwel plejer Kattoliku li libes il-flokk ta' Rangers, iħossu onorat li jinsab f'Malta għat-tieni darba. Amoruso kien fit-tim nazzjonali Taljan tal-leġġendi għall-partita ta' ftit tas-snin ilu li ntlagħbet kontra l-Ingilterra fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali.

 

Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm ukoll l-Eċċellenza Tagħha Vanessa Frazier, Ambaxxattriċi Maltija fl-Italja u Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali.

Official Sponsors
Commercial Partners