Malta Football Association
NEWS:
Ċertifikat fil-Football Management mill-UEFA
Apr 4, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Joe Cassar, Segretarju Internazzjonali tal-Malta Football Association, Ivan Vella, Tim Manager tat-tim nazzjonali Malti, Gerald Ellul, Tim Manager ta’ Valletta FC, Dr Angelo Chetcuti, Membru tal-Eżekuttiv tal-MFA u Membru tal-Kunsill f’isem Birzebbuga FC, Mark Borg, President tal-Futsal Malta Association u Membru tal-Kunsill u Kenneth Cefai, Segretarju Ġenerali tal-Futsal Malta Association, huma s-sitt persuni minn Malta li ngħataw ċertifikat mill-UEFA dwar Football Management. 


 

Dan il-programm tal-UEFA sar matul il-ġimgħat li għaddew fl-Italja u għalih kien hemm parteċipanti minn madwar l-Ewropa kollha, fil-maġġoranza tagħhom Taljani, mis-Slovenja u l-Moldova.

 

L-għan tal-UEFA f’programmi akkademiċi bħal dawn ikun dejjem biex jitkabbar l-għarfien fil-futbol għal dawk il-persuni li huma membri fl-Assoċjazzjonijiet u l-klabbs tal-futbol madwar l-Ewropa.

 

Is-seminar kellu tmien moduli differenti li huma l-World Football Organision, Strategy and Presentation, Managerial Presentation, Marketing and Sponsorship, Communication and Media, Volunteer Managerial Events , Stadium Management u Operational Marketing.

 

Il-parteċipanti Maltin kollha irnexxielhom jiksbu dan iċ-ċertifikat li kien ifisser sodisfazzjon ieħor għall-futbol Malti u unur personali għall-parteċipanti.

 

Il-kors kien ibbażat fuq il-kurrikulu tal-iskola tal-gradwazzjoni Svizzera fl-Amministrazzjoni Pubblika u ċ-ċertifikati nħarġu mill-Universita’ ta’ Lausanne.

Official Sponsors
Commercial Partners