Archives

FLORIANA vs VALLETTA - Tibdil fil-Fixture

Published: 05-04-2016 19:50
image1 (102)
5 ta’ April 2016 Il-Malta Football Association, fuq ordni speċifika tal-Pulizija ta’ Malta, tavża li l-partita mill-Kampjonat BOV Premier li kellha tintlagħab il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, bejn Floriana FC u Valletta FC, issa se tintlagħab is-Sibt 9 ta’ April 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fis-2.30pm.   Il-partita mill-Kampjonat BOV Premier bejn Naxxar Lions FC u Pembroke Athleta FC li kellha tintlagħab il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fis-6.00pm, se ssir kif pjanat. L-MFA tavża li ma kellix kontroll fuq dan it-tibdil.