Archives
Zebbug Rangers FC champions tal-Youth League Section C
Published: 06-04-2016 10:50Zebbug Rangers FC huma ċ-champions ta’ Youth League Section C. Dan kollu kien ikkonfermat ilbieraħ filgħaxija fl-aħħar partita tagħhom li ntlagħbet fl-Imġarr Ground fit-8.15pm kontra Mgarr FC u rebhu 3-1. Minn 18-il partita, Zebbug Rangers FC rebħu 15, ġew draw tnejn u tilfu waħda. Huma skurjaw 69 gowl u sofrew 23 gowl għal total ta' 47 punt. Il-Perit Ludovico Micallef, Viċi President Anzjan tal-MFA, ippreenta t-trofew lir-rebbieħa.