Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija dwar kawża fil-Qorti tal-Maġistrati
Apr 8, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

B’riferenza għall-kawża fil-Qorti tal-Maġistrati li saret illum u li fiha s-Sur Seyble Zammit ammetta l-ħtija tal-akkużi miġjuba kontrih mill-Pulizija ta’ Malta fir-rigward tal-partiti mill-Kampjonat tal-UEFA ta’ Taħt il-21 sena, il-Malta Football Association ħadet konjizzjoni tal-eżitu tal-każ li fih l-Assoċjazzjoni kkostitwiet ruħha ‘parte civile’ fl-istess proċeduri.

 

Peress li l-partiti in-kwistjoni jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UEFA, il-Malta Football Association, qiegħda f’kuntatt kontinwu mas-servizzi dixxiplinarji tal-istess UEFA, li tinsab infurmata bl-iżviluppi kollha relatati mal-każ.

 

Fl-aħħar, l-MFA, filwaqt li tinnota li l-investigazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għadha qed tiżviluppa, tavża li biex ma ttellifx tali nvestigazzjonijiet, il-proċess tal-ġustizzja sportiva se jinfetaħ mal-konklużjoni tal-proċess ġudizzjarju.

 

L-MFA qed tkompli tahdem mill-qrib kemm mal-UEFA u mal-awtoritajiet lokali u mhux se tagħti l-ebda kummenti addizjonali f’dan l-istadju.

 

 

Malta Football Association


Official Sponsors
Commercial Partners