Malta Football Association
NEWS:
Laqgħa dwar il-kummerċjalizazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, illum fis-6.00pm
Apr 13, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Illum fis-6.00pm, il-Malta Football Association sejħet lill-amministraturi tal-klabbs lokali kollha għal-laqgħa dwar il-kummerċjalizazzjoni tal-faċilitajiet sportivi.Din se tkun l-aħħar laqgħa bejn kulħadd qabel ma l-White Paper preżentata fil-Parlament tgħaddi u ssir Liġi.

 

Ilbieraħ, waqt il-Kunsill tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, President, appella lill-Presidenti, Segretarji u Membri tal-Kunsill tal-klabbs kollha tal-Premier, First, Second u Third biex jattendu għal din il-laqgħa.

 

Kollox se jibda fis-6.00pm fil-Ballroom tal-Grand Hotel Excelsior, fil-Furjana.


Official Sponsors
Commercial Partners