Malta Football Association
NEWS:
Hamrun Spartans FC jgħinu fil-Football Social Responsibility
Apr 13, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Karl Briffa
Ritratti: Karl Briffa

  • Ritratti: Karl Briffa

 

Hamrun Spartans FC, il-klabb li proprju l-weekend li għadda reġa' ġie promoss għall-Kampjonat BOV Premier, kellhom parti sew fil-Football Social Responsibility li tisħaq tant fuqa l-Malta Football Association, b'fuq quddiemnett Norman Darmanin Demajo, il-President.

 

F'serata li saret is-Sibt li għadda b'rikonoxximent għall-erba' eks-plejers tal-klabb; Michael Degiorgio, Raymond Vella, Joe Brincat u Stefan Sultana, huma kellhom fost il-mistiedna ta' unur lil Bjorn Formosa, iż-żagħżugħ li f'dawn l-aħħar xhur u ġimgħat issemma f'ħafna drabi fil-media lokali li qed isofri mill-marda tal-ALS u li flok ma għamel xejn, iddeċieda li jagħti l-għajnuna kollha tiegħu biex xi darba tinstab kura għal din il-marda. 


 

Formosa hu żagħżugħ Ħamruniż li minn dejjem kien dilettant u partitarju ta' Hamrun Spartans FC. Għaldaqstant, wieħed ta' min ifaħħar l-inizjattiva li ħa l-klabb Ħamruniż li jistiednu għal din is-serata fejn seta' jgawdi għal ftit ħin il-kumpanija ta' plejers leġġendarji Maltin li għamlu l-Istorja tas-snin '80 tal-klabb. 

 

Il-Kumitat ta' Ħamrun Spartans FC, waqt din is-serata, sab ukoll il-ħin biex jawgura lil Formosa fil-missjoni tiegħu li jaħdem u jgħin biex tinstab soluzzjoni għal din il-marda u fl-istess ħin ta wkoll donazzjoni li se tgħin f'din il-missjoni.

 

Fl-istess serata ingħataw rikonoxximenti lin-nursery ta' Hamrun Spartans FC u lil Gejtu Debattista, li ilu jservi 40 sena fil-Kumitat ta' Hamrun Spartans FC.

 

Is-serata saret is-Sibt 9 ta' April, l-istess ġurnata li fiha kien jagħlaq sninu il-mibki Victor Tedesco, eks-President ta' Hamrun Spartans FC.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-klabbs lokali kollha biex ikunu ta' eżempju huma wkoll u jgħinu kemm jistgħu fejn jidħol il-Football Social Responsability.

Official Sponsors
Commercial Partners