Malta Football Association
NEWS:
11th UEFA GRASSROOTS WORKSHOP
Apr 21, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Bejn il-11 u l-15 ta’ April 2016, fis-Slovenja, saret il-11-il edizzjoni tal-UEFA Grassroots Workshop bit-tema ‘FOOTBALL FOR LIFE’, fejn attendew rappreżentanti mill-54 Assoċjazzjoni, membri tal-UEFA, kif ukoll rappreżentanti tal-FIFA, AFC, CAF, l-CONCACAF u OFC. Il-MaltaFootball Association kienet rappreżentata minn Joe Micallef, Segretarju Ġenerali tal-Youth Football Association u Edwin Camillieri, Regional Head Coach miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.


Il-workshop kien iffukat biex jaġġorna lill-Assoċjazzjonijiet membri tal-UEFA bil-Grassroots Charter, li hu importanti ferm għal kull Assoċjazzjoni biex tilħaq u tkabbar il-livelli mixtieqa, filwaqt li twassal il-messaġġ ta’ dan iċ-charter magħruf bħala ‘GROWTH’, li jitfa’ aktar dawl fuq il-prinċipji ewlenin ta’ dan iċ-charter li huma Growth, Retention, Education, Always Fair Play & Terms.

 

Matul il-workshop, il-parteċipanti kellhom l-opportunita’ li filwaqt li jidħlu aktar fil-fond tal-prinċipji permezz ta’ qsim ta’ esperjenzi bejn l-Assoċjazzjonijiet, seta’ joħroġ aktar fid-dettal id-diversi diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom u li huma komuni, li iżda huma mkejla fuq id-daqs ta’ l-Assoċjazzjoni. B’dan ic-charter, l-Assoċjazzjonijiet Membri tal-UEFA, jinsabu deħlin f’era ġdida fil-Grassroots Football u għandhom ir-responsabbilita’ li jwettqu programmi biex dan ic-charter joħroġ komplet sas-sena 2020.Malta permezz tal-MFA, kienet wieħed mill-pajjiżi magħżula fil-proġett pilota GROWTH 2020 mill-UEFA, fejn sar stħarriġprofessjonali fis-sena 2015, u li fuqu ġiet imfassla strategija għall-użu tal-Assoċjazzjonijiet kollha tal-UEFA. Analiżi u kummenti fuq ir-rapport ta’ Malta kien imsemmi minn diversi esperti tal-UEFA fil-preżentazzjonijiet tagħhom matul il-Workshop.

 

Waqt il-ħin tal-workshops, l-MFAtagħt ukoll is-sehem tagħha billi qasmet l-esperjenzi u l-prattici tagħha ma’ pajjiżi oħra. Joe Micallef qal li kienet esperjenza mpekkabbli fejn l-Assoċjazzjonijiet jitgħalmu minn xulxin, bogħod mid-daqs tal-pajjiżil-lingwa jew kulur, wieħed seta’ jħoss affarijiet komuni bejn xulxin. Hu kompla li l-MFA qegħda qrib ħafna ta’ dak li jsir fil-grassroots programmes f’pajjiżi hekk imsejħa kbar, u dan jidher mir-rispett li għandhom pajjiżi oħra għal dak li qed isir f’Malta. Huma diversi setturi fejn l-Assoċjazzjoni tinsab fuq standards tajba ħafna u għoljin bħal ma huma l-coaching education, ix-xogħol imwettaq min-nurseries, regolamenti, edukazzjoni fiżiika u f’oqsma oħra li kollha għandhom l-importanza tagħhom fil-grassroots futbol, imdawra mal-ħames pilastri importanti li qed jelenka iċ-charter. Edwin Camilleri elenka li hu meħtieg li jkun hemm aktar investiment finanzjaru u anki dak uman mhux biss mill-MFA, iżda wkoll minn partners oħra, biex wieħed ikun jista’  jilħaq it-tragwardi meħtiega.

 

Hu fatt magħruf minn studji professjonali bejn diversi Universitajiet li t-taħriġ tal-futbol, hu l-aktar sport li tibbenifika s-saħħa tal-persuna f’kull eta’u dan l-istudju ġie kkummisjonat mill-Federazzjoni tad-Danimarka f’dawn l-aħħar snin, u qed jingħata għarfien minn diversi stati. Fis-snin li ġejjin,il-Malta Football Association, trid tkompli tkabbar il programmi vasti tagħha, biex aktar nies minn kull sfera jersqu aktar lejn din il-logħba, u tassigura li n-numru ta’ parteċipanti jkompli jikber mhux biss fil-futbol professjonali, iżda aktar u aktar fil-grassroots, fejn hu smat li l-fuq minn 90% tal-futbol ġej minn dan is-settur. Bla dubju hekk kif l-Assoċjazzjoni daħlet għal sfidi kbar f’dawn l-aħħar snin, żgur li se tieħu dan b’inpenn biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq sas-sena 2020.  

Official Sponsors
Commercial Partners