Malta Football Association
NEWS:
Avviżi Finali FA Trophy: Balzan FC vs Sliema Wanderers FC
May 9, 2016
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Il-Malta Football Association tavża li għall-partita tas-Sibt 14 ta’ Mejju 2016 bejn Balzan FC u Sliema Wanderers FC, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta Qali, fil-5.00pm, il-partitarji ta’ Balzan FC se jkunu allokati fil-West Stand A (enclosure) u filwaqt li dawk ta’ Sliema Wanderers FC se jkunu allokati fil-West Stand C (enclosure). Il-Family Stand se tkun allokata f’Millennium F.

 

L-MFA tavża li t-ticket booths u l-Istadium Nazzjonali se jinfetħu fis-3.30pm.

 

Il-cards elettroniċi ‘White Cards’ ta’ Balzan FC u Sliema Wanderers FC, u kif ukoll il-cards elettroniċi ‘Orange Cards’, huma eliġġibli li jintużaw fil-ġurnata.

 

Dawk il-persuni partitarji li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti se jiġu allokati post f’Millennium F.

 

L-MFA tħeġġeġ il-pubbliku biex jimxi mar-regolamenti tal-istadiumu mal-ordnijiet maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, waqt li tawgura festa sabiħa ta’ futbol. 


Official Sponsors
Commercial Partners