Malta Football Association
NEWS:
Finali tal-Futsal tal-iskejjel tal-bniet 2015/16
May 11, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Stephen Gatt
Ritratti: Stephen Gatt

  • Ritratti: Stephen Gatt

Ilbieraħ 10 ta’ Mejju intlagħbet il-fażi finali tal-kompetizzjoni tal-Futsal għall-iskejjel tal-bniet, fil-Padiljun tal-Assocjazzjoni Sportiva Hibernians, organizzat mill-Isport Promotion Unit (SPU) fi ħdan SportMalta u d-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE) flimkien mad-Dipartiment tal-Grassroots fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association (MFA).


 

Ħadu sehem fil-fażi finali l-iskejjel Sekondarji  ta’ Pembroke (Kulleġġ Santa Klara), l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-Iskola ta’ Our Lady Immaculate.

 

Il-logħob kien missielet u ta’ kwalita tajba.  Ir-referees ikkontrollaw il-logħob u fosthom kien hemm ir-referee mara Dora Jakab.

 

Il-klassifika finalitaqra hekk:

 

Skwadra

T

Klassifika

Skola Nazzjonali ta’ l-Isport

12

1

Skola Sekondarja Pembroke (KulleġġSanta Klara)

3

2

Immakulata Kunċizzjoni

3

3

 

Ingħata wkoll premju għall-Fair Play, fejn it-tfajliet urew imġieba sportiva tajba ħafna.

 

Il-klassifika tal-Fair Play hija din:

 

Skwadra

T

Klassifika

Skola Nazzjonali ta’ l-Isport

32

1

Immakulata Kunċizzjoni

30

2

Skola Sekondarja Pembroke (KulleġġSanta Klara)

28

3

 

L-organizzaturi jirringrazzjaw il-parteċipanti mill-iskejjel kollha, l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians li ġentilment provdew il-faċilitajiet tagħhom, TeamSport u GSD Marketing Ltd. tal-għajnuna materjali tagħhom.

 

L-MFA u l-entitajiet Edukattivi u Sportivi jittamaw li l-parteċipazzjoni tal-bniet tkompli tiżdied biex dan it-tournament ikompli jikber u jgħin ikattar il-football tat-tfajliet.

Official Sponsors
Commercial Partners