Malta Football Association
NEWS:
Illum jibda t-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti
May 16, 2016
Posted in:
General
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin jinġabar għall-ewwel darba llejla fil-5.30pm għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ li se jwasslu għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li se jintlagħbu fl-Awstrija l-ġimgħa d-dieħla kontra r-Repubblika Ċeka u l-istess Awstrija.

 

Pietro Ghedin sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 23 plejer li se titħarreġ flimkien sal-ġurnata tal-25 ta’ Mejju meta t-tim nazzjonali jħalli pajjiżna lejn Vjenna.

 

Malta tilgħab kontra l-Awstrija fis-27 ta’ Mejju u kontra r-Repubblika Ċeka fil-31 ta’ Mejju. Il-kontinġent jidħol lura f’Malta fl-1 ta’ April.


Official Sponsors
Commercial Partners