Malta Football Association
NEWS:
MFA AWARDS - GOAL OF THE YEAR
May 17, 2016
Posted in:
General
Fanzone

L-unur tal-Goal Of the Year Award, bħal dawn l-aħħar snin, se jingħata l-Ġimgħa li ġej fis-serata tal-MFA Awards li se ssir fl-Meditteranean COnference Centre, il-Ġimgħa 20 ta' Mejju u li tibda fit-8.30pm. Is-serata se tixxandar diretta fuq TVM 2 u l-preżentaturi ta' din is-sena se jkunu Chris Cauchi minn PBS Sports, Christian Micallef minn NET Sports u Janice Briffa minn One Sports.

 

Minn din il-ġimgħa, fuq l-istazzjonijiet nazzjonali, bdew jintwerew għaxar gowls, wieħed isbaħ minn ieħor, li fihom il-pubbliku jrid jivvota biex finalment jintgħażlu l-isbaħ ħames gowls li jmorru għall-finali f'din is-serata.

 

Dan l-Award se jkun il-11-il wieħed tas-serata u dejjem kien fost l-aktar li jattira interess mill-pubbliku sportiv.

 

Jekk jinteressak issegwi u tivvota, segwi dawn l-10 gowls li jidhru f'dan is-servizz hawn taħt: 


 

Official Sponsors
Commercial Partners