Archives

MFA Awards 2016, illejla fit-8.30pm

Published: 20-05-2016 10:10
image1 (102)
Illejla, mit-8.30pm 'il quddiem, tibda s-serata u x-xandira diretta fuq TVM 2 tal-MFA Awards 2016, l-avveniment annwali organizzat mill-Malta Football Association, li fih jiġu premjati dawk li l-aktar ikunu spikkaw matul l-istaġun li jkun għadu kif intemm.   Is-serata tal-lejla hi fost l-aktar mistennija fil-kalendarju tal-MFA ta' matul is-sena u għaliha jkunu mistiedna dawk il-persuni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-futbol lokali; fosthom Presidenti, Membri tal-Kunsill, Membri tal-Kunsill, Membri tal-Bordijiet, sponsors, ġurnalisti u mistiedna speċjali tal-Assoċjazzjoni. Is-serata se tkun preżentata minn Chris Cauchi f'isem il-PBS, Janice Briffa, f'isem ONE TV, u Christian Micallef, f'isem NET TV.  Fis-serata se naraw diversi 'leġġendi' tal-futbol Malti tal-passatt jitilgħu fuq il-palk wieħed wara l-ieħor biex jagħtu huma l-Awards lir-rebbieħa. L-Awards li se jintrebħu fis-serata huma:- Fair Play - Young Player of the Year- Youth League Best Player - Top Scoreres- Futsal Player of the Year- Women's Best Player- Third Division Best Player- Second Division Best Player- First Division Best Player- GFA Player of the Year- President's Award- Coach of the Year - Goal of the Year- MFA Player of the Year