


Roderick Briffa rebaħ l-unur tal-MFA Football of the Year, l-aktar unur prestiġġjuż li ntrebaħ ilbieraħ filgħaxija fis-serata tal-MFA Awards li saret f'Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta u xxandret diretta fuq TVM 2 mit-8.30pm 'il quddiem.
Briffa ingħata dan l-unur fl-aħħar tas-serata u kien preżentat lilu minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association u minn Chris Agius, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport.
Is-serata kienet waħda tal-ogħla livell fejn fiha assistejna għal diversi rebħ ta' unuri, spettaklu ta' żfien u kant u anki l-poloz tal-Kampjonat BOV Premier li sirna nafu kif se tintlagħab l-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier għall-istaġun 2016/17.
L-ispettaklu kien abbinat mal-FA Trophy li ngħatat l-aħħar darba f'dan l-istaġun u ntrebħet minn Sliema Wanderers FC u ġie żvelat ukoll id-disinn il-ġdid f'servizz qasir li sar mal-Ingliżi li ħadmu fuq it-trofew.
Ir-rebbieħa kollha kienu:
MFA Player of the Year: Roderick Briffa (Valletta FC)
Coach of the Year: Paul Zammit (Valletta FC)
Young Player of the Year: Jurgen Degabriele (Hibernians FC)
Foreign Player of the Year: Gilmar Da Silva Ribeiro (Hibernians)
Goal of the Year: Edmond Agius (Birkirkara FC)
BOV First Division Best Player: Obaje Aud - Gustin James (Senglea Athletics FC)
BOV Second Division Best Player: Fagbejna Muda (Għargħur FC)
BOV Third Division Best Player: Florin Anton (Għaxaq FC)
BOV Women's Best Player: Stephania Farrugia (Birkirkara FC)
Best Youth League Player: Jurgen Degabriele (Hibernians FC)
GFA Player of the Year: Shaun Bajada (Għajnsielem FC)
Futsal Player of the Year: Jovica Miljicic (Valletta)
Fair Play Award: Rabat Ajax FC
President's Award: Carmel Baldacchino
Referees Awards: Reno Refalo, Andre' Arciola, Adrian Azzopardi, Marco Borg
Referee lifetime achievement: Tom Restall
Top Scorerers:
BOV Women 2nd Div: Maria Farrugia (Gozo FC)
BOV Women 1st Div: Ylenia Carabott (Hibernians FC)
BOV 3rd Div: Senussi Telessi Mohammed (St. Lucia FC)
BOV 2nd Div: Fajbeda Muda (Għargħur FC)
BOV 1st Div: Kooh Sohna Raphael (Gzira Utd FC)
BOV Premier League: Mario Fontanella (Floriana FC)
