Malta Football Association
NEWS:
Kampjonat BOV Premier 2016/17 - L-ewwel ġurnata
May 21, 2016
Posted in:
General
BOV Premier League
Cups & Competitions
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti, se jilagħbu l-ewwel partita tal-istaġun 2016/17 kontra Sliema Wanderers FC. Dan sar magħruf ilbieraħ filgħaxija fis-serata tal-MFA Awards li saret f'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta u li għaliha kienu mistiedna l-protagonisti kollha tal-futbol Malti.

 

F'nofs is-serata, ittellgħet l-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier tal-istaġun li ġej. Il-poloz ittellgħu minn Bjorn Vassallo, Segretaju Ġenerali tal-Malta Football Association, flimkien ma' Charles Azzoppardi minn Bank of Valletta u Jonathan Caruana, captain ta' Valletta FC. Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, mexxa dawn it-tlugħ tal-poloz.

 

L-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier 2016/17 se tkun hekk:

 

Floriana FC vs Pembroke Athleta FC

Birkirkara FC vs St. Andrew's FC

Balzan FC vs Mosta FC

Gzira Utd FC vs Tarxien Rainbows FC

Valletta FC vs Sliema Wanderers FC

Hibernians FC vs Hamrun Spartans FC


Official Sponsors
Commercial Partners