Malta Football Association
NEWS:
"Se jkunu l-aħħar tliet snin tiegħi" - Darmanin Demajo
May 23, 2016
Posted in:
General
Fanzone

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Assocation, fl-aħħar tal-Laqgħa tal-Kunsill li spiċċat ftit tal-ħin ilu, qal li se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni għall-President tal-MFA, fil-Laqgħa Ġenerali li ġejja, fl-aħħar ta' Lulju.

 

Darmanin Demajo ta din l-aħbar fost ċapċipa kbira tal-kamra. Hu qal li ħasibha fuq li ħasibha dwar din id-deċiżjoni iżda fl-aħħar mill-aħħar ħa d-deċiżjoni li tagħmel l-aktar sens f'dan il-mument lill-MFA.

 

"Kultant jiġu ġranet li ngħid li għandi nieqaf hawn, u kultant jiġu ġranet li ngħid li għandi nkompli biex inlestu l-proġetti li flimkien bdejna. Ħaġa hi żgur; li jekk niġi elett, se jkunu l-aħħar tliet snin tiegħu bħala President tal-MFA," qal Darmanin Demajo.

 

Il-President tal-MFA qal li ħadd m'għandu jibża' jikkontesta għal xi kariga jekk jaħseb li għandu x'joffri lill-futbol Malti, inkluż il-kariga tiegħu ta' President.

 

"Jien qed inwegħdkom li anki jekk ma jkollix kontestazzjoni, fil-Laqgħa Ġenerali li ġejja se nitlob vot ta' fiduċja lill-Kamra, biex inkun seren miegħi innifsi," temm Darmanin Demajo.

 


Official Sponsors
Commercial Partners