Malta Football Association
NEWS:
Avviżi – Italja vs Skozja
May 24, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Il-Malta Football Association, f’isem San Marco Sports Events, tavża li l-partita ta’ ħbiberija bejn l-Italja u l-Iskozja se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016, u tibda fit-8.45pm.


 

L-MFA tavża li l-partitarji tal-Italja se jkunu allokati fin-North Stand mentri dawk tal-Iskozja se jkunu allokati fis-South Stand. Il-partitarji newtrali se jkunu allokati fil-West Stand u l-Millennium Stand.

 

L-MFA tavża li l-West Parking (Enclosure) hu biss għall-użu tal-Assoċjazzjoni u għaldaqstant parkeġġ minn vetturi privati mhux awtorizzat.  

 

L-Istadium Nazzjonali u t-Ticket Booths madwar l-istadium se jinfetħu għall-pubbliku fis-7.00pm u l-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku biex josservaw ir-regolamenti tal-Istadium.

 

Qabel il-ġurnata tal-partita, il-biljetti tad-dħul jinxtraw mis-sit elettroniku www.italy-scotland.mfa.com.mt jew minn dawn il-ħwienet / uffiċini li jidhru hawn taħt:

 

Eros Stationary – Paceville

Lion King Stionary – G’mangia

Teamsport – Iklin

Matrix – Valletta, Paola, Ajruport Internazzjonali

Star Tourist Services – Bugibba

KSU on Campus – Universita’

Gozo FA – Gozo Stadium, Xewkija

Malta FA – Millennium Stand,  Ta’ Qali

 

Il-Malta Football Association tawgura festa ta’ futbol pjaċevoli.  

Official Sponsors
Commercial Partners