Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija
May 24, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Il-Malta Football Association tavża li ġiet infurmata b’mod uffiċjali mill-Pulizija ta’ Malta, li se tistitwixxi proċeduri kriminali fil-konfront ta’ Emmanuel Briffa, Kyle Cesare u Ronnie Mackay in konnessjoni mal-partiti tat-tim nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka.

 

Peress li Emmanuel Briffa u Kyle Cesare huma plejers tesserati tal-Malta Football Association u fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kumitat  Eżekuttiv tal-Malta FA, dawn il-plejers qegħdin jiġu sospiżi temporanjament minn kull attivita’ tal-futbol b’effett immedjat.

 

Il-Malta FA, bħala l-parti danneġġjata f’dan il-każ, se tikkostitwixxi ruħha bħala ‘parte civile’ fl-istess proċeduri.  

 

L-Assoċjazzjoni tavża wkoll li hi se tibda l-proċess ta’ dixxiplina sportiva hekk kif ikun konkluż il-każ u dan biex ma tkunx ta’ interferenza għax-xogħol siewi li qed tagħmel il-Pulizija ta’ Malta f’dan ir-rigward. 


Official Sponsors
Commercial Partners