Malta Football Association
NEWS:
It-tieni sessjoni ta' taħriġ
May 26, 2016
Posted in:
General
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

Mark Attard, Media Officer

 

Dalgħodu saret it-tieni sessjoni ta' taħriġ tat-tim nazzjonali Malti fi stadium żgħir viċin il-lukanda fejn jinsab alloġġjat u l-plejers kollha reġgħu kienu għad-dispożizzjoni tal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin.

 

Is-sessjoni damet sejra għal xi siegħa u fiha rajna ħafna eżerċizzji minn set-pieces li żgur li l-plejers Maltin se jiġu bżonnhom fil-partita ta' għada. 

 

Il-kumplament tal-ġurnata kompliet b'lunch fin-12.30pm u serħan fil-kmamar. Iktar tard, il-kontinġent sħiħ beħsiebu jmur dawra fiċ-ċentru tal-villaġġ ta' Worgl, fejn jinsab alloġġjat. 

 

Worgl hu post mimli ħdura, b'ogħljiet kbar u arja friska mmens.

 

It-temperatura hi wada perfetta għall-partita futbol u dan jawgura tajjeb għall-partita ta' għada li tibda fis-6.00pm.

 

TVM 2 se jxandar b'mod dirett u esklussiv din il-partita.


Official Sponsors
Commercial Partners