Malta Football Association
NEWS:
Repubblika Ċeka 6 vs Malta 0
May 27, 2016
Posted in:
General
National Team
Friendlies
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

It-tim nazzjonali Malti kellu telfa ta' 6-0 kontra r-Repubblika Ċeka llum wara nofsinhar f'partita li ntlagħbet fil-Kaufstein Stadium, f'Worgl, l-Awstrija u bdiet fis-6.00pm.

 

Il-plejers Maltin sabu quddiemhom skwadra b'motivazzjoni kompletament differenti minn dawk tagħna u dan għax ftit jiem oħra t-tim Ċek imur Franza għall-Kampjonati Ewropej 2018.

 

Il-Maltin kienu sfortunati kif sofrew l-ewwel gowl fit-13-il minuta logħob meta xutt ta' Plasil kien iddevjat darbtejn qabel ħabat mal-wieqfa u spiċċa fix-xibka.

 

Sa tmiem l-ewwel taqima, sofrejna żewġ gowls oħra; fil-21 minuta minn Skoda u gowl ieħor ta' Hubnik tliet minuti mit-tmiem.

 

Fit-tieni taqsima, iċ-Ċeki komplew jagħfsu b'attakk wara ieħor u skurjaw tliet darbiet oħra fl-aħħar 15-il minuta minn Lafata, Necid u Schick.

 

Din kienet l-ewwel partita ta' ħbiberija għal Malta għal din il-ġimgħa. It-tim nazzjonali jerġa' jilgħab it-Tlieta kontra l-Awstrija fil-Worthersee Arena, f'Klagenfurt.


It-tim Malti lagħab hekk:

 

Bonello (Haber), Attard (Camilleri), Agius, Briffa (Muscat), Effiong (Mifsud), Failla (Camenzuli), Gambin (Cremona), Gatt Baldacchino, Sciberras (Fenech), Kristensen (Pisani), Muscat Z. 

Official Sponsors
Commercial Partners