Malta Football Association
NEWS:
Jasal fi tmiemu t-training camp fl-Awstrija
Jun 1, 2016
Posted in:
General
National Team
UEFA EURO 2020 - EQ

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-training camp ta' disa' t'ijiem fl-Awstrija tat-tim nazzjonali Malti wasal fi tmiemu u għada filgħaxija, il-kontinġent Malti jerġa' lura lejn Malta f'titjira diretta minn Vjenna fit-8.00pm. Il-wasla fl-ajruport ta' Malta mistennija għal xi 10.00pm.


 

F'dawn id-disa' t'ijiem, it-tim ingħaqad u tħarreġ kemm felaħ u dan kollu se jservi ta' ġid kbir għall-partiti li Malta jmissha tilgħab fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. L-iskwadra ta' 20 plejer ħadmet u kulħadd ta kull ma felaħ u dan jinkludi wkoll il-kowċis kollha u l-istaff tekniku tat-tim nazzjonali.

 

Dalgħodu ma kinitx eċċezzjoni anqas għaliex dawk il-plejers li lagħbu ħafna mill-ħin fil-partita tal-bieraħ baqgħu l-lukanda għas-sessjoni ta' 'recovery', mentri l-kumplament tħarrġu f'sessjoni normali ta' siegħa fil-pitch.

 

Malta lagħbet żewġ partiti ta' ħbiberija, kontra r-Repubblika Ċeka, f'Worgl (telfa ta' 6-0), u kontra l-Awstrija fi Klagenfurt, telfa ta' 2-1, li iżda rajna tim nazzjonali kumpatt li jagħti garanzija għall-futur.

 

Minn għada jibda perjodu qasir ta' vakanzi għall-plejers nazzjonali sakemm jerġgħu jingħajtu mill-klabbs tagħhom għall-pre season.

 

Nieqas mit-tim nazzjonali kien hawn plejers bħal Andre' Schembri, Andrew Hogg, Jonathan Caruana u Steve Borg u wieħed jawgura li wkoll jerġgħu jidħlu lura fl-iskwadra kemm jista' jkun malajr.

 

It-tim nazzjonali jerġa' jitħarreġ tal-aħħar għada filgħodu, fl-10.00, u l-aħħar ikla ssir f'12.00pm, biex f'xi 1.00pm, jibda vjaġġ ieħor twil ta' kważi erba' sigħat lejn Vjenna.

 

Malta tilgħab il-partita li jmiss fl-aħħar ta' Awwissu u din tkun oħra ta' ħbiberija, f'Talinn, kontra l-Estonja.  

Official Sponsors
Commercial Partners