Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: It-tim nazzjonali f'Veronello, l-Italja
Jun 3, 2016
Posted in:
General

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena jinsab f'Veronello, l-Italja, għal żewġ partiti ta' ħbiberija. L-ewwel impenn għat-tim nazzjonali jkun għada kontra Chievo Verona Primavera mentri t-tieni partita tkun it-Tnejn kontra San Marino, fl-4.00pm.

 

Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna lbieraħ għal ħabta tas-1.00pm f'titjira diretta lejn Linate, f'Milan u tħarreġ għall-ewwel darba lbieraħ stess fis-6.30pm.


 

It-tim Malti jilgħab l-ewwel partita għada s-Sibt fl-4.00pm kontra Chievo Verona Primavera u t-tieni partita t-Tnejn 6 ta' Ġunju fl-4.00pm kontra San Marino. Iż-żewġ partiti jintlagħbu f'Veronello.

 

Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti msejħa mill-kowċ Wayne Attard huma:

 

Gowlkipers - Craig Abdilla (Pieta' H), Andreas Vella (Qormi FC)

 

Difensuri - Jean Borg (Valletta FC), Zachary Grech (Pemroke FC), Nicholas Pulis (Valletta FC), Gavin Shranz (Melita FC), Connor Zammit (Hibernians FC)

 

Midfielders - Myles Beerman (Manchester City FC), Neil Frendo (Mosta FC), Matthew Guillaimier (Birkirkara FC), Michele Sansone (Sliema Wanderers FC), Gianluca Sultana (Vittoriosa Stars FC), David Xuereb (Hibernians FC), Kieran Xuereb (Hibernians FC), Jamie Zerafa (Balzan FC)

 

Attakkanti - Zachary Brincat (Mosta FC), Omar Elouni (Sliema Wanderers FC), Russel Fenech (Valletta FC), Aiden Jake Friggieri (Sliema Wanderers FC), Paul Lapira (Balzan FC) 

Official Sponsors
Commercial Partners