Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: Il-Maltin jiddominaw u jirbħu
Jun 4, 2016
Posted in:
General
National Team
U19 - Friendlies

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena, rebaħ l-ewwel partita tiegħu ta' ħbiberija minn tnejn li għandu jilgħab f'dawn il-jiem li jinsab f'Veronello, l-Italja kontra Chievo Verona Primavera, bl-iskor ta' 2-0.

 

Il-Maltin kienu l-aħjar tim tul id-90 minuta u mal-ewwel battuti tal-konfront taw indikazzjoni ċara li huma aħjar mill-avversarji tagħhom. 

 

Aiden Jake Friggieri fetaħ l-iskor wara 120 sekonda u Zach Brincat żied ieħor fit-tieni taqsima. Il-Maltin kellhom fejn jiskurjaw f'ħafna aktar drabi oħra bl-ikbar okkażżjoni tasal għal darb'oħra minn Friggieri bix-xutt finali tiegħu jistampa mal-mimduda.

 

Malta tilgħab it-tieni partita ta' ħbiberija t-Tnejn fl-4.00pm kontra San Marino.


 

Malta lagħbet b'din il-formazzjoni:

 

Andreas Vella, Myles Beerman (Russel Fenech 70), Jean Borg, Zachary Brincat (Paul Lapira 65), Aiden Jake Friggieri (Omar Elouni 65), Matthew Guillaimier, Michele Sansone, Gavin Shranz, David Xuereb (Gianluca Sultana 46), Conor Zammit, Jamie Zerafa (Kieran Xuereb 60) 

Official Sponsors
Commercial Partners