Malta Football Association
NEWS:
It-tim Malti mhux ser jilghab kontra l-Ingilterra biss - Bjorn Vassallo
Jun 6, 2016
Posted in:
General
National Team
2018 FIFA World Cup Qualifiers
Fanzone
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, dalgħodu tkellem fil-konferenza stampa li fiha tnehdiet il-GOAL CARD għat-tielet edizzjoni wara l-oħra.

 

Hu qal li l-prezz għal din il-GOAL CARD hu mill-aktar raġonevoli u li wieħed jista' jixtri din il-card bi ftit flus u li biha jkun jista' jara l-partita kollha li Malta se tilgħab fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, ta' Grupp F, ta' Kwalifikikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.


 

"Għamlina prezzijiet irħas hekk għax it-tim nazzjonali mhux se jilgħab kontra l-Ingilterra biss. Nixtiequ u rridu li l-Istadium jimtela' wkoll għall-partiti l-oħra u għalhekk b'100 euro jew irħas, wieħed jista' jassigura post fl-istadium għall-partiti kollha," qal Vassallo.

 

"Hu evidenti li meta jkollok tim bħall-Ingilterra fil-Grupp miegħek, l-akbar attrazzjoni tkun lejhom. Kulħadd jitkellem fuqhom u jixtieq din il-partita tasal. Iżda fil-verita' jkun hemm erba' partiti oħra x'iridu jintlagħbu u aħna se nagħtu importanza l-istess lil kull partita. Qed nisperaw li t-tim Malti jkollu wirjiet tajbin f'kull waħda," qal Vassallo.

 

Tkellem ukoll Norman Saliba, Kap tat-Taqsima Marketing tal-MFA, fejn ta aktar dettalji dwar il-GOAL CARD u l-inċentivi li fiha, filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jixtri waħda għax mistenni rittmu mgħaġġel ta' bejgħ.

Official Sponsors
Commercial Partners