Malta Football Association
NEWS:
U/19's: Malta wisq superjuri għall-avversarji
Jun 6, 2016
Posted in:
General
National Team
U19 - Friendlies

 

Kienet partita li kien fiha minn kollox. Dominju sħiħ minn Malta bil-pussess tal-ballun u anki fl-azzjonijiet lejn il-lasti avversarji, tant li lqatna l-lasti tliet darbiet. Partita li setgħet intrebħet b'mod faċli, iżda lejn l-aħħar issograjna wkoll li ma nirbħuhiex, tant li kelli jkun penalty salvat mill-gowlkiper Andreas Vella li żammna fil-vantaġġ. Fl-aħħarnett, partita li rbaħna biss 1-0, iżda stajna irbaħna b'ħafna aktar gowls.


 

Fl-ewwel taqsima, il-Maltin ħadu kontroll assolut tal-partita iżda naqsu li jiskurjaw.

 

Fit-tieni taqsima komplew fejn ħallew u skurjaw il-gowl tar-rebħa fit-72 minuta permezz ta' Aiden Jake Friggieri. Lejn l-aħħar tal-konfront, f'okkażżjoni rari ta' San Marino, ingħataw penalty li minnu Andreas Vella salva b'kapaċita' kbira.

 

B'din ir-rebħa, il-Maltin għamluhom żewġ rebħiet minn żewġ partiti. 

 

Il-kontinġent jidħol lura f'Malta għada t-Tlieta.

 

Malta lagħbu b'din il-formazzjoni:

 

Andreas Vella, Myles Beerman (Russel Fenech 58), Jean Borg, Zachary Brincat, Aiden Jake Friggieri (Neil Frendo 80), Paul Lapira (Omar Elouni 46), Nicholas Pulis, Michele Sansone, Gianluca Sultana (Jamie Zerafa 72), David Xuereb (Kieran Xuereb 78) (Zachary Grech 85), Conor Zammit 

Official Sponsors
Commercial Partners