Archives

Jibda l-Malta National Beach Soccer Tournament

Published: 09-06-2016 16:00
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
 Fil-mument, beda jintlagħab il-kampjonat lokali tal-Beach Soccer li għal dan is-sajf qed isir fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa. Diversi persuni dilettanti ta’ dan l-isport qegħdin kuljum imorru jsegwu, u uħrajn jilagħbu mat-tim tagħhom, biex aktar ma jgħaddu ġranet, aktar qed tikber l-aspettativa u l-interess minn kulħadd.  Il-Kumitat tal-Malta Beach Soccer, kienu ġew mitluba mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jifformolaw tim u jieħdu sehem għall-ewwel darba fil-Mediterranean Beach Games. Instabu plejers li lagħbu qabel u kien beda t-taħriġ f’training camps f’Livorno. It-tim wera progressi u potenzjal kbir u f’Settembru kien imiss li jmorru għall-Games, partiti li fihom kien hemm wirjiet tajbin ħafna, anki meta tqis l-avversarji li t-tim Malti lagħab kontriehom.   Din is sena, it-tournament qed jintlagħab fil pitch ta’ Birżebbuga u għall-ewwel darba, dan hu pitch permanenti grazzi għall-Sport Malta u l-Onorevoli Chris Agius. Grazzi għal din id-deċiżjoni, il-Beach Soccer reġa’ qed ikun attiv ħafna u grazzi għalhekk li l-Beach Soccer Malta ġew mistiedna f’Jesolo għall-FIFA Beach Soccer World Cup 2017.   Il-Malta National Beach Soccer jirringrazzjaw lill-Onorevoli Chris Agius, lil Sports Malta, lill-MFA, lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, lil St. John’s Ambulance u lir-referees lokali.