Malta Football Association
NEWS:
Proġett ġdid għall-floodlights tat-training grounds
Jul 4, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

 

Bħalissa, fit-training grounds tal-MFA, qed isir il-proġett fuq il-floodlights li jagħtu d-dawl fuq l-art kbira u li fuqa jitħarrġu t-timijiet nazzjonali kollha tal-futbol. L-MFA, wara li evalwat l-offerti kollha, tagħt dan il-kuntratt lil Calleja Ltd, bl-appoġġ ta’ Thorn u Cu-Phosco.

 

L-ispiża ta’ dan il-proġett stmata li se tlaħħaq in-nofs miljun ewro u parti minn dan il-proġett qed ikun finanzjat mill-European Union European Regional Development Fund.

 

Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f’Awwissu 2015 u mistenni jkun lest matul dan ix-xahar ta’ Lulju.

 

 

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jiżdied id-dawl u l-effiċċjenza fis-sistema tiegħu u x-xogħol kollu fuq dan il-proġett jinkludi d-disinn tas-sistema tal-floodlights, l-aċċessorji kollha u t-twaħħil tagħhom, tħaffir biex jgħaddi d-dawl minn taħt l-art, ix-xiri u x-xogħol kollu fuq il-cables tad-dawl, jiżżarma x-xogħol antik li hemm fil-preżent, l-ittestjar tax-xogħol il-ġdid biex wieħed jara li kollox qed jaħdem kif suppost.

 


Official Sponsors
Commercial Partners