Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Żewġ telfiet għal Malta
Jul 4, 2016
Posted in:
General
National Team
Futsal Friendlies

 

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal sofra żewġ telfiet fiż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li ntlagħbu fl-Andorra kontra l-istess nazzjon. Fl-ewwel partita, it-tim Malti tilef bl-iskor ta’ 3-2 mentri fit-tieni partita, it-telfa kienet ta’ 4-2.

 

It-tim Malti kien qed jilgħab kontra tim b’saħħtu ħafna fil-logħba tal-futsal iżda ż-żewġ partiti servew bħala preparazzjoni għal-logħob tal-futur.

 

Fit-tieni partita, għat-tim Malti skurjaw Ryan Gilmour Cassar u Christian Whismayer.


Official Sponsors
Commercial Partners