


L-ewwel leg tal-Maltin fil-kompetizzjonijiet Ewropej

Fl-ewwel leg tal-kompetizzjonijiet Ewropej, it-timijiet Maltin li qed jipparteċipaw din is-sena kellhom partita li titfa' dawl fuq destinazzjonijiet differenti. Għal Malta qed jieħdu sehem Valletta FC, fiċ-Champions League, u Hibernians FC, Birkirkara FC u Balzan FC, fl-Europa League.
Valletta FC rebħu l-ewwel leg tal-ewwel rawnd kontra B 36 Torshavn FC bl-iskor ta' 1-0. Il-gowl tal-Beltin kien skurjat minn Falcone fit-tieni taqsima.
Hibernians FC kellhom telfa iebsa ta' 3-0 barra minn darhom kontra Spartak Trnava tas-Slovakkja. Dan ir-riżultat jagħmilha diffiċli għall-Maltin biex jirkupraw.
Birkirkara FC ġabu riżultat pożittiv barra minn darhom fil-Bożnija kontra NK Sirogi Brijeg bi skor finali ta' 1-1. Draw ta' mingħajr gowls ikun biżżejjed għall-Maltin biex jikkwalifikaw.
Balzan FC tilfu f'Malta kontra Neftci PFK tal-Ażerbaijan bl-iskor ta' 2-0.
Il-Maltin imisshom jilagħbu t-tieni leg din il-ġimgħa.
Birkirkara jilagħbu għada t-Tlieta 5 ta' Lulju fil-Hibernians Stadium, f'Kordin fis-5.45pm. Hibernians FC jilagħbu l-Ħamis 7 ta' Lulju fit-8.00pm fl-istadium tagħhom ukoll.
Valletta jilagħbu għada t-Tlieta wkoll fil-Gżejjer Faroe, mentri Balzan FC jilagħbu l-Ħamis fl-Ażerbaijan.
