

NEWS:

Europa League: Birkirkara 2 vs NK Siroki 0

Birkirkara wettqu parti mill-Istorja tagħhom u tal-futbol Malti meta fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni Europa League, eliminaw lil NK Siroki tal-Bosnija Herzegovina b'aggregate ta' 3-1.
Birkirkara kienu temmew l-ewwel leg barra minn darhom bi skor ta' 1-1. Iżda lbieraħ, fil-Hibernians Stadium, reġgħu kkonfermaw li huma l-aħjar tim u għelbu lill-avversarji tagħhom bi skor ta' 2-0.
Il-gowls ġew skurjati minn Dimitrov fid-29 minuta u minn auto-gowl ta' Markovic fis-76 minuta.
