


Il-poloz tal-Kampjonati BOV 2016/17 tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Il-bieraħ wara nofsinhar, fil-lukanda Excelsior fil-Floriana, ittellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni tal-istaġun 2016/17.
Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association għamel diskors tal-ftuħ li fih ta’ ċifri uffiċjali tal-attendenzi tal-istaġun li għadda. Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali, spjega l-andament tal-poloz qabel ma dawn ittellgħu quddiem kulħadd.
Il-poloz ittellgħu fil-preżenza ta’ diversi membri tal-klabbs u ġurnalisti u fl-ewwel ġurnata tal-kampjonati, beda jidher mill-ewwel li se jkollna partiti interessanti.
L-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni:
Żebbuġ Rangers FC vs Vittoriosa Stars FC
Marsa FC vs Mqabba FC
Fgura FC vs Rabat Ajax FC
Lija Athletic FC vs Melita FC
Sirens FC vs Għargħur FC
Pieta’ Hotspurs FC vs Naxxar Lions FC
Senglea Athletic FC vs Qormi FC
Dan il-kampjonat jibda fid-9 ta’ Settembru u jintemm fit-30 ta’ April.
L-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni:
Għaxaq FC vs Marsaxlokk FC
St. George’s FC vs Mellieħa FC
Birzebbuga FC vs Mġarr FC
Zejtun FC vs Zabbar FC
Qrendi FC vs Siggiewi FC
Gudja FC vs San Ġwann FC
Attard FC vs Swieqi FC
Dan il-kampjonat jibda fis-16 ta’ Settembru u jintemm fit-23 ta’ April.
L-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni:
St. Lucia FC vs Kirkop Utd FC
Xagħjra T. Vs Marsascala FC
St Venera L. FC vs Mtarfa FC
Msida St. Joseph FC vs Ta’ Xbiex FC
Zurrieq FC vs Mdina Knights FC
Dingli S. vs Kalkara FC
Luqa St. Andrews – BY
Dan il-kampjonat jibda fit-13 ta’ Settembru u jintemm fit-22 ta’ April
