Malta Football Association
NEWS:
UEFA CL: Valletta FC 1 vs Crvena Zvezda 2
Jul 12, 2016
Posted in:
General
BOV Premier League
Fanzone
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Valletta FC kellhom wirja tajba ħafna iżda mhux biżżejjed biex ikollha riżultat pożittiv  kontra l-Crvena Zvezda ta' Belgrad, jew inkella kif inhuma magħrufa Red Star Belgrade. Huma sfaw megħluba 2-1, anki jekk kienu gowl minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima.

 

Il-gowl tal-Beltin skurjaw Falcone wara 15-il minuta logħob u l-Beltin kellhom gowl imħassar għall-offside ineżistenti lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima.

 

Is-Serbi żiedu l-pressjoni tagħhom fit-tieni taqsima u skurjaw darbtejn u dawru r-riżultat.

 

Fit-tieni taqsima, Valletta FC kellhom ċans tajjeb li jġibu d-draw meta dak li deher penalty ċar għal kulħadd, tħalla għaddej qisu qatt ma kien xejn mir-referee tal-partita.

 

Valletta FC jilagħbu t-tieni leg f'Belgrad it-Tlieta li ġej.


Official Sponsors
Commercial Partners