


Is-Sibt li ġej, 30 ta’ Lulju 2016, fil-lukanda Excelsior fil-Furjana, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association fejn fiha, id-dipartimenti kollha tal-Assoċjazzjoni jiġu għall-iskrutinju tal-klabbs, Membri tal-Kunsill, Delegati u Assoċjazzjonijiet Membri. Il-Laqgħa mistennija tibda mid-9.30am ’il quddiem.
L-Aġenda tal-Laqgħa se tkun:
L-approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret fis-17 ta’ Lulju 2015.
L-approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fil-5 ta’ Lulju 2016.
L-approvazzjoni tar-Rapport tal-Attivitajiet tal-Assoċjazzjoni.
L-approvazzjoni tal-audit accounts tal-Assoċjazzjoni.
L-elezzjoni tal-Viċi Presidenti tal-Assoċjazzjoni.
L-elezzjoni tal-Eżekuttiv għall-Membri Ordinarji
Nominazzjoni tal-Awdituri Esterni
Addizzjonijiet u alternazzjonijiet tal-Istatut tal-Assoċjazzjoni.
