Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: Żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino
Jul 27, 2016
Posted in:
General
National Team
U17 - Friendlies

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena ħalla Malta dalgħodu għal żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino, li se jintlagħbu fit-28 u t-30 ta’ Lulju 2016, f’Montecchio Stadium.

 

Il-kontinġent telaq għal ħabta tas-12.45pm f’titjira diretta lejn Bologna. Huma beħsibhom jaslu għal ħabta tat-3.00pm.

 

L-ewwel partita ta’ ħbiberija tintlagħab il-Ħamis 28 ta’ Lulju fis-6.00pm. It-tieni waħda tintlagħab is-Sibt 30 ta’ Lulju fis-6.00pm.


 

L-iskwadra li sejjaħ Silvio Vella għal dawn iż-żewġ partiti hi:

 

Gowlkipers – Al-Tumi Rashed (Valletta FC), Duncan Formosa (St Andrew’s FC)

Difensuri – Miguel Aquilina (Mosta FC), Romario Camilleri (Birkirkara FC), Dejan Debono (St Andrew’s FC), Nicholas Fava (Hibernians FC), Lian Formosa (Birkirkara FC), Zak Grech (Balzan FC), Brian Mifsud (Birkirkara FC), Justin Alexander Thake (St Andrew’s FC)

Midfielders – Mark Desira (Sliema Wanderers FC), Nicholas Farrugia (Birkirkara FC), Marcus Grima (St Andrew’s FC), Jamie Sixsmith (St Andrew’s FC), Mattia Zarb (Floriana FC)

Attakkanti – Ayrton Attard (Birkirkara FC), Calvin Camilleri (Mosta FC), Kyle Robert Mifsud (Birkirkara FC), Alexander Satariano (St Andrew’s FC), Andrei Spiteri (Hibernians FC)

 

Il-kumplament tal-kontinġent hu:

 

Robert Gatt – Direttur Tekniku

Joe Mallia – Team Secretary

Ronald Vella – Ass Coach

Simon Agius – Goalkeepers’ coach

Daniel McKeon – Tabib

Raphael Ellul Falzon – Physio

Paul Schembri – Kit Manager

Il-kontinġent sħiħ jidħol lura f’Malta il-Ħadd li ġej għal ħabta tan-12.30pm.

Official Sponsors
Commercial Partners