


Mark Attard, Media Officer
Dalgħodu mistennija ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association, li se tibda minn hawn u ftit ħin ieħor.
Bħalissa, il-Membru tal-Kunsill, Delegati, Presidenti u Membri tal-Assoċjazzjonijiet deħlien ftit ftit fis-sala.
Fil-Laqgħa tal-lum, mistennija bħal dejjem ikunu l-elezzjonijiet, l-aktar waħda ta' interess tkun dik tal-Viċi Presidenti u l-vot ta' fiduċja mitlub mill-President Norman Darmanin Demajo, li jikkonkludi l-Laqgħa b'diskors finali.
Dan is-sit jaġġornakom b'mod dirett minn ħin għall-ieħor.
