Malta Football Association
NEWS:
Elezzjoni V/Presidenti: Bonett jirreġistra 88.80% tal-voti
Jul 30, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Dr. Chris Bonett - RITRATT: Domenic Aquilina
Dr. Chris Bonett - RITRATT: Domenic Aquilina

  • Dr. Chris Bonett - RITRATT: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer

 

L-Avukat Chris Bonett, Viċi President attwali u l-Avukat tal-Malta Football Association, ġab vot kbir u b'saħħtu mill-Kamra tal-Laqgħa Ġenerali Annwali meta rreġistra 119-il vot minn 134 validi.

 

B'hekk, l-Avukat żagħżugħ, żied fuq l-ammont ta' voti li ġab tliet snin ilu meta kkontesta u ġie elett għall-ewwel darba. Dakinhar kien ġab 101 vot, illum ġab 18-il vot aktar, li meta wieħed jikkunsidra li kienet elezzjoni bejn ħamsa li jridu jiġu eletti tlieta, ir-riżultat kien wieħed astronomiku...88.80%. Ftit tal-ħin ilu, Bonett intlaqa' b'ċapċipa kbira mill-Kamra, hekk kif irritorna lura wara li ħareġ ir-riżultat.

 

Milqugħin b'ċapċipa wkoll, iż-żewġ Viċi Presidenti l-oħra eletti, il-Perit Ludovico Micallef, li ġab 93 vot, jew 69.40% u Alexander Manfre' li ġab 74 vot, li jfissru 55.22%. 

 

B'hekk il-Malta Football Association se jkollha l-istess tliet Viċi Presidenti għat-tliet snin li ġejjin.

 

L-Avukat Angelo Chetcuti ġab 58 vot jew 43.28% u Victor Cassar ġab 28 vot li jfissru 20.89%.

 

 

 


Official Sponsors
Commercial Partners