Malta Football Association
NEWS:
Membri Overall: Eletti Cutajar u Falzon
Jul 30, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Michael Cutajar - RITRATT: Domenic Aquilina
Michael Cutajar - RITRATT: Domenic Aquilina

  • Michael Cutajar - RITRATT: Domenic Aquilina

Fl-ewwel elezzjoni tal-Membri tal-Eżekuttiv Overall, kienu eletti Michael Cutajar f'isem St. George's FC u Paul Falzon, f'isem St. Andrew's FC. 

 

Għal din l-elezzjoni kienu eliġibbli biex jivvutaw 128 persuna, li minnhom ivvutaw 127, u kien hemm vot wieħed invalidu.

 

Cutajar kien l-aktar kandidat li ġab voti, eżattament 75 li jfissru 59.05% tal-Kamra. Falzon ġab 71 vot li jfissru 55.90% tal-Kamra.

 

Iż-żewġ kandidati l-oħra, Joseph Borg, f'isem Hamrun Spartans u Mauro Miceli, f'isem Swieqi FC ġabu ammont sabiħ ta' voti iżda ma kienux eletti.

 

Borg ġab 51 vot li jfissru 40.15% u Miceli ġab 40 vot, li jfissru 31.49%.

 


Official Sponsors
Commercial Partners