Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija
Aug 23, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

B’riferenza għas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati llum, u li fiha s-sinjuri Kyle Cesare u Emanuel Briffa ma nstabux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom mill-Pulizija ta’ Malta fir-rigward tal-partiti mill-Kampjonat tal-UEFA ta’ Taħt il-21 sena, il-Malta Football Association ħadet konjizzjoni tal-eżitu tal-każ li fih l-Assoċjazzjoni kkostitwiet ruħha ‘parte civile’ fl-istess proċeduri.


 

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni ddiskuta l-eżitu tas-sentenza waqt laqgħa li saret illum, fejn fiha ġie deċiż li titneħħa s-sopensjoni temporanja minn kull attivita’ ta’ futbol minn fuq iż-żewġ tesserati tagħha, Kyle Cesare u Emanuel Briffa, u dan wara li jiskadi t-terminu previst mil-Liġi għall-appell u ma jiġi ppreżentat l-ebda appell.

 

Min-naħa tal-ġustizzja sportiva, l-Assoċjazzjoni qiegħda bħalissa tittraduċi fil-lingwa Ingliża l-atti kollha proċesswali, biex mill-aktar fis tgħaddi d-dokumentazzjoni kollha lid-Dipartiment tad-Dixxiplina tal-UEFA. Se tkun il-UEFA stess li tiddeċiedi jekk għandhomx jinfetħu proċeduri fil-konfront ta’ plejers tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, fi ħdan il-Bord tal-Kontrol, Etika u Dixxiplina tal-UEFA. Dan minħabba l-fatt li l-partiti in-kwistjoni kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UEFA.

 

L-MFA qed tkompli taħdem mill-qrib kemm mal-UEFA u mal-awtoritajiet lokali u f’dan l-istadju, mhux se tagħti l-ebda kummenti addizjonali.

Official Sponsors
Commercial Partners