Malta Football Association
NEWS:
“Hemm bżonn li nitjiebu partita wara oħra” - Pietro Ghedin
Aug 13, 2012
Posted in:
Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
Photo courtesy of P. Zammit Cutajar

  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar
  • Photo courtesy of P. Zammit Cutajar

 

Wara li d-debutta b’rebħa f’Ġunju kontra l-Lussemburgu...jispikka l-ottimiżmu ta’ Ghedin

 

“Hemm bżonn li nitjiebu partita wara oħra”

 

San Marino vs Malta, għada fit-8.30pm, fl-Olympic Serravalle Stadium, live fuq TVM 2

 Mark Attard jirraporta minn San Marino

 

 

It-tim nazzjonali Malti wasal f’San Marino ilbieraħ filgħaxija biex għada jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra San Marino, fl-Olympic Stadium Serravalle, f’San Marino. Il-partita se tintwera diretta fuq TVM 2 fit-8.30pm.

 

Għal Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, se tkun it-tieni partita wara li kien iddebutta b’rebħa ta’ 2-0 fil-Lussemburgu, f’Ġunju li għadda. Dan se jkun l-aħħar test għall-iskwadra nazzjonali qabel ma f’Settembru tintlagħab l-ewwel partita f’Ta’ Qali minn Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brażil, kontra l-Armenja.

 

Dalgħodu, it-tim nazzjonali Malti kellu sessjoni ta’ siegħa u nofs taħriġ fl-Olympic Stadium Serravalle, l-istadium fejn għada se tintlagħab il-partita, fejn Ghedin ibbaża l-parti l-kbira tat-taħriġ tiegħu fuq it-teknika tal-plejers u t-tattika li beħsiebu jaddotta għal din il-partita.

 

Milħuq wara t-taħriġ, Ghedin ta dawn il-kummenti lil www.mfa.com.mt,

 

 “Ninsabu hawn għal din il-partita ta’ ħbiberija u nisperaw li jkollna prestazzjoni tajba. Minkejja li l-plejers tagħna għadhom fil-parti tal-pre-season, nittama li nilħqu l-aqwa forma għal kontra San Marino. Għandi fiduċja sħiħa f’dan il-grupp ta’ plejers. Hemm bżonn li nitjiebu partita wara oħra. Konvint li għandna l-kapaċita’ nilgħabu futbol sabiħ.”

 

Jispikka fl-iskwadra Maltija ħadd ħlief Etienne Barbara li reġa’ ssejjaħ fl-iskwadra nazzjonali wara nuqqas ta’ tliet snin u ġie milqugħ b’entużjażmu kbir mill-iskwadra kollha wara tliet snin ta’ futbol fl-Istati Uniti fuq livell ta’ klabb.

 

F’kumment li ta lil dan is-sit, Barbara qal,

 

“Kuntent ħafna li rġajt inaqgħadt fit-tim nazzjonali. Ħadt gost li erġajt ingħatajt din l-opportunita’. Sħabi laqgħuni tajjeb ħafna. Kont ilhi nieqes mill-pajjiż għal ħafna żmien. Hawn ftit uċuħ ġodda li sibtni tajjeb ħafna mill-ewwel. Se nagħmel minn kollox għall-flokk nazzjonali u biex nipprova nsib post regolari.

 

“Il-kowċ ġab atmosfera sabiħa ħafna ħdejn l-aħħar esperjenza li kelli. Jidher raġel serju u li jaf il-logħba bl-amment. Ninsab kunent ħafna.”

Official Sponsors
Commercial Partners