Malta Football Association
NEWS:
It-tim Malti mwaħħal f’Amsterdam, l-Olanda
Aug 29, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti u l-kumplament tal-kontinġent, telaq dalgħodu għal ħabta tat-7.45am, fuq titjira tal-Air Malta lejn Amsterdam, l-Olanda, fejn hemmhekk kellu jaqbad titjira oħra għal ħabta tas-2.00pm, li tieħdu lejn Tallinn, l-Estonja.

 

Iżda appena niżel fl-ajruport tal-Belt Kapitali tal-Olanda l-kontinġent kien mgħarraf li t-titjira lejn l-Estonja kienet ġiet ikkanċellata minħabba ħsara teknika fl-ajruplan li kellu jieħu lill-kontinġent f’Talinn.

 

Il-bagalji tal-kontiġent u l-aċċessorji tal-plejers baqgħu kollha f’żona segregata tal-ajruport sakemm ittieħdet id-deċiżjoni li fiċ-ċirkostanzi kien ikun aħjar li l-kontinġent jorqod il-lejl f’Amsterdam u jkompli l-vjaġġ tiegħu lejn l-Estonja fil-ġurnata tat-Tlieta filgħodu.

 

Estonja kontra Malta tintlagħab kif programmat, l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu, fis-6.30pm.


Official Sponsors
Commercial Partners