Archives

It-tim nazzjonali Malti jasal l-Estonja

Published: 30-08-2016 15:50
image1 (102)
Mark Attard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti u l-kumplament tal-kontinġent, illum wara nofsinhar għal ħabta tan-12.30pm, wasal fid-destinazzjoni li kellu oriġinarjament, dik ta' Talinn, l-Estonja.  Il-kontinġent Malti kellu jasal ilbieraħ filgħaxija iżda sab problemi fit-titjira minn Amsterdam, l-Olanda, bil-konsegwenza li raqad fil-Belt Kapitali Olandiża u sebbaħ fl-ajruport.   Mill-ajruport ta' Talinn, il-kontinġent kellu triq ta' kważi siegħa u nofs sakemm wasal fil-lukanda f'Parnu, fejn bħalissa jinsab alloġġjat. It-tim Malti jitħarreġ illejla fis-6.30pm biex mill-ġurnata jkun għad fadal ħin biss għall-ikla ta' filgħaxija u l-mistrieħ. Estonja vs Malta tintlagħab għada fis-6.30pm (ħin lokali) li jfisser il-5.30pm, ħin ta' Malta. Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, qed imexxi id-delegazzjoni.